Type: Agencies

Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi

L-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi hija entità pubblika taħt il-mandat tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika. L-Aġenzija tmexxi l- implimentazzjoni u l-imaniġjar ta’ proġetti relatati mat-turiżmu, inkluż ir-riġenerazzjoni ta’ żoni kostali u turistiċi, tagħti sapport fl-imaniġjar tal-bajjiet u tmexxi l-implimentazzjoni ta’ l-imaniġjar taċ-ċentri ta’ l-irħula f’żoni turistiċi. Barra minn hekk, hija responsabbli għall-manutenzjoni ġenerali taż-żoni turistiċi ewlenin madwar Malta permezz ta’ interventi regolari u xogħol ta’ tisbiħ. Dawn l-irwoli huma implimentati f’koordinazzjoni sħiħa mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, id-Diviżjoni ta’ Tindif u Manutenzjoni, Kunsilli Lokali, u entitajiet pubbliċi u privati oħra. 

Għal aktar informazzjoni żur: Facebook