MTA logo

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) twaqqfet formalment bl-Att dwar Servizzi tal-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta (1999). Din tiddefinixxi b’mod ċar ir-rwol tagħha -testendih lil hinn minn dak tal- kummerċ internazzjonali biex jinkludi rwol domestiku, motivanti, direzzjonali, ta’ koordinazzjoni u regolatorju. L-Att isaħħaħ is-sħubija pubblika u privata fit-turiżmu permezz ta’ parteċipazzjoni akbar u aktar diretta mis-settur privat fl-ippjanar nazzjonali u l-iżvilupp tal-industrija. 

Missjoni u Viżjoni 

Il-missjoni tal-MTA hija li tavvanza l-attività ekonomika u soċjali tat-turiżmu fl-interess nazzjonali, billi taħdem mal-partijiet interessati kollha biex tiżviluppa industrija sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri. 

Il-viżjoni tagħna hija li niksbu settur tat-turiżmu b’saħħtu, sostenibbli u ekwu għall-Gżejjer Maltin, li jattira dħul regolari ta’ viżitaturi ta’ kwalità matul is-sena minn firxa diversa ta’ swieq tas-sors, filwaqt li niżguraw li dawk li jagħżlu d-destinazzjoni tagħna jkunu moqdijai bil-professjonalità u l-kura. 

Valuri 

Il-valuri li jmexxu l-viżjoni u l-missjoni tagħna huma dawk ta’ KWALITÀ f’dak kollu li nagħmlu, AWENTIĊITÀ fil-preżentazzjoni tal-karattru veru tad-destinazzjoni tagħna, KOLLABORAZZJONI fis-sħubija ma’ partijiet interessati lokali u barranin, u TMEXXIJA fl-offerta ta’ gwida u ispirazzjoni għal dawk li joperaw fis-settur tat-turiżmu. 

Għanijiet 

L-MTA għandha rwol divers, iżda wieħed li essenzjalment huwa kollu dwar il-ħolqien u t-trawwim ta’ relazzjonijiet. L-MTA hija r-regolatur u l-motivatur tal-industrija tat-turiżmu, is-sieħeb fin-negozju tagħha, il-promotur tal-marka tal-pajjiż, u qiegħda hawn biex tifforma, iżżomm u tmexxi sħubijiet sinifikanti mal-partijiet interessati kollha tat-turiżmu. Primarjament, dan ifisser li jiġu attirati viżitaturi lejn il-Gżejjer, iżda wkoll li taħdem mill-qrib flimkien mal-imsieħba tas-settur privat. Importanti li l-MTA tinsab hawn ukoll biex tgħin fit-tisħiħ tar-riżorsi umani tal-industrija, tiżgura l-ogħla standards u kwalità tal-prodott turistiku tal-Gżejjer, u trawwem relazzjonijiet mal-midja lokali u internazzjonali. 

Ħidma Tagħna 

L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu taħdem: 

  • Biex tippromwovi u tavvanza lil Malta bħala destinazzjoni turistika.
  • Biex tagħti pariri lill-Gvern dwar l-operat tat-turiżmu u biex toħroġ liċenzji taħt l-Att.
  • Biex tikkontribwixxi għat-titjib tal-livell tar-riżorsi umani fl-industrija tat-turiżmu.
  • Biex tagħti pariri lill-gvern dwar l-ippjanar u l-iżvilupp tal-industrija tat-turiżmu kif ukoll dwar l-infrastruttura li tappoġġja l-industrija.
  • Biex tassisti u tagħti pariri dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mat-turiżmu u li twettaq attivitajiet, avvenimenti u proġetti biex inwettqu r-rwol tagħna.

Għal aktar informazzjoni żur: https://www.mta.com.mt/

 

FacebookTwitter