• L-għan tad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi huwa li joffri appoġġ u pariri lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru u lid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru dwar materji relatati mal-immaniġġjar tar-riżorsi umani, akkwist Pubbliku u amministrazzjoni tal-uffiċċju

Sezzjoni tal-Finanzi

  • Is-sezzjoni tal-Finanzi hija primarjament responsabbli għall-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tal-baġit allokat lill-Ministeru, għad-dħul u l-infiq, kif ukoll responsabbli li jirrilaxxa pagamenti lill-entitajiet fi ħdan id-dekasteru tiegħu;
  • Responsabbli li tipprepara il-business plans, l-estimi finanzjariji, kif ukoll tissottometti rapporti annwali finanzjari kif rikjesti mit-Teżor;
  • Jiġu mħarsa u mwettqa ir-rakkomandazzjonijiet mill-NAO u l-IAID;
  • Jiġu mwieġba Mistoqsijiet Parlamentari relatati ma finanzi u xiri mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika.

Sezzjoni tax-Xiri

  • Responsabbli tax-xiri ta’ oġġetti u servizzi kollha meħtieġa mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika. Dan isir billi il-proċess kollu jsir fil-parametri skond ir-Regolamenti tax-Xiri Pubbliku;
  • L-immaniġġjar tal-flotta tal-vetturi tal-Ministeru.

Sezzjoni tal-Ivvjaġġar

  • Is-sezzjoni tal-ivvjaġġar tieħu ħsieb il-proċeduri kollha meħtieġa meta uffiċjali mill-Ministeru jkollom safar uffiċjali relatat mal-karigi rispettivi tagħhom.

Sezzjoni tar-Riżorsi Umani u Immaniġġjar tan-Nies

  • Tħejjija tal-abbozz tas-sejħiet sabiex jimtlew postijiet u pożizzjonijiet vakanti fil-Ministeru u fl-entitajiet tal-istess dekasteru;
  • Responsabbli miż-żamma ta’ rekords rigward attendenza, vacation/sick leave tal-impjegati, kif ukoll moniteraġġ tal-miżuri ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata hekk kif regolati mill-PSMC;
  • Moniteraġġ ta’ ġestazzjoni tal-prestazzjoni tal-impjegati;
  • Iż-żamma ta’ rekords dwar il-promozzjonijiet, progressions, estensjonijiet ta’ kuntratti u żidiet fis-salarju (increments) tal-uffiċjali kollha fil-Ministeru skont il-proċeduri kollha fil-PSMC.
  • Responsabbli għall-pagi tal-impjegati kollha tal-Ministeru;
  • Tweġibiet ta’ Mistoqsijiet Parlamentari relatati mar-Riżorsi Umani;
  • Tikkordina u timmaniġġja l-apprentistat ta’ studenti Universitarji u mill-MCAST assenjati mal-Ministeru;
  • Tidentifika uffiċjali li jkollom bżonn iktar taħriġ fil-qasam tax-xogħol tagħhom u issib programmi li dawn jistgħu jattendu ħalli jżidu l-ħiliet tagħhom.
FacebookTwitter