Oqsma ewlenin ta’ responsabbilta`
Affarijiet tal-Unjoni Ewropea
Is-Sezzjoni tal-affarijiet għall-Unjoni Ewropea (UE) fi ħdan id-Direttorat hija responsabbli għal:
Koordinazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-UE flimkien ma’ diversi partijiet interessati, sew fuq livell lokali kif ukoll fuq livell Ewropew;
Koordinazzjoni fit-tfassil tal-pożizzjoni tal-Ministeru fuq politika proposta mill-UE;
Disseminazzjoni ta’ informazzjoni flimkien ma’ aġġornament kontinwu dwar politika u proposti li jkunu diskussi fl-UE u li potenzjalment għandha jew għandhom effett dirett jew indirett fuq l-istrateġija tal-Ministeru u/jew l-operat tiegħu;
Konsultazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin kif ukoll konsultazzjonijiet inter u intra Ministerjali sabiex jiġu mħejjijja għażliet għall-politika neċessarja bl-iskop li jiġu indirizzati kwistjonijiet pertinenti għall-industrija;
Sorvjeljanza relatata mal-izvilupp tal-pożizzjoni tal-Ministeru dwar politika proposta mill-UE u tħejjijja ta’ rakomandazzjonijiet f’dan ir-rigward lis-Segretarju Permanenti;
Koordinazzjoni tal-pożizzjoni ta’ Malta fir-rigward ta’ atti leġislattivi u mhux leġislattivi li jaqgħu fi ħdan il-portafoll tal-Ministeru. Dawn il-pożizzjonijiet jiġu pprovduti jew bħala tweġibiet għal talbiet li jiġu ċċirkulati mir-Rappreżentanza Permanenti u mid-Dipartiment tal-Koordinazzjoni għall-Unjoni Ewropea, minn ministeri oħra, jew inkella bħala struzzjonijiet għal Gruppi ta’ Ħidma, laqgħat tal-Esperti tal-Kummissjoni Ewropea (KE), laqgħat ta’ livell għoli kif ukoll Kunsilli Ministerjali u l-Kunsill Ewropew.
Fondi tal-Unjoni Ewropea (UE)
Is-sezzjoni li tiffoka fuq l-Implimentazzjoni tal- Programmi hija responsabbli għal:
Koordinazzjoni ta’ programmi ta’ fondi u proġetti tal-UE, u disseminazzjoni ta’ informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ fondi Ewropej sabiex isir l-aħjar użu mill-fondi tal-UE disponibbli għal proġetti u inizjattivi. Is-Sezzjoni tinforma u tiggwida lill-applikanti prospettivi dwar l-opportunitajiet ta’ fondi tal-UE;
Tassisti lill-entitajiet li jinsabu fi ħdan il-portafoll tal-Ministeru sew fil-proċess ta’ applikazzjoni għall-fondi u fil-monitoraġġ relatat mal-implementazzjoni ta’ proġetti u skemi ko/finanzjati mill-UE, mill-istadju tal-applikazzjoni sal-għeluq tagħhom;
Tissorvelja u tikkoordina l-implimentazzjoni ta’ proġetti ko/finanzajti mill-UE filwaqt li tassigura li l-proġetti u l-inizjattivi jiġu implementati f’konformita` mal-ftehim tal-għotja, b’mod effiċjenti u fil-ħin u skont il-prattiċi u r-regolamenti stabbiliti.
Proġetti
Dan id-Direttorat jimplimenta ukoll proġetti ko/finanzjati mill-UE u huwa responsabbli għall-:
Iżvilupp ta’ kunċetti għal proġetti u t-tfittxija ta’ ko/finanzjament addattat għal dawn il-proġetti.
Strateġija Nazzjonali għat-Turiżmu 2021 – 2030
Politiki tat-Turiżmu preċedenti
Politika tat-Turiżmu għall-Gżejjer Maltin 2015 – 2020
Politika tat-Turiżmu għall-Gżejjer Maltin 2012 – 2016
Politika tat-Turiżmu għall-Gżejjer Maltin 2007 – 2011
Leġislazzjoni
Leġiżlazzjoni tal-UE fis-settur tat-turiżmu
Proġetti
Proġetti Kontinwi
DETOCS
– DETOCS Newsletter 1 – Ħarifa 2023
– DETOCS Newsletter 2 – Rebbiegħa 2024
– DETOCS Newsletter 3 – Ħarifa 2024
Proġetti tal-Passat