Id-Direttorat Ġenerali ghas-Servizzi ta’ Sapport fi ħdan L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu (MFT) iwieġeb direttament lis-Segretarju Permanenti. L-irwol ta’ dan id-Direttorat Ġenerali huwa li jkun il-punt ta’ riferiment għas-Segretarju Permanenti fl-oqsma kollha li jaqgħu taħtu u jkun mezz biex jassigura li l-programmi, il-progetti u l-inizjattivi fi ħdan il-Ministeru jiġu implementati fil-ħin u b’mod effettiv u effiċjenti.

Id-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali għas- Servizzi ta’ Sapport huma dawn:

  • Id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
  • Il-Unit ghall-Infrastruttura u s-Sigurtà

 

Id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi

Id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi huwa responsabbli għall-Amministrazzjoni, ir-Riżorsi Umani, il-Finanzi u għajnuna ġenerali oħra meħtieġa L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.

Id-Dipartiment tal-Finanzi u l-Kontabbiltà (Accounts) jinkludi:

  • Is-Sezzjoni tal-Kontabbiltà fil-Head Office tieħu ħsieb l-baġit tal-Head Office.
  • Is-Sezzjoni tal-Akkwisti (Procurement) hija responsabbli għat-tfassil u l-implementazzjoni ta’ proċessi li jwasslu għall-kuntratti marbuta ma’ xiri ta’ affarijiet, servizzi jew xogħlijiet skont il-Liġijiet Nazzjonali tal-Akkwisti, kif ukoll, ċirkolarijiet relatati skont il-ħtieġa.
  • Is-Sezzjoni tal-Ivvjaġġjar tieħu ħsieb il-bżonnijiet kollha fejn jidħol ivvjaġġjar tal-Ministeru.

Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani

Dan id-dipartiment jieħu ħsieb dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ personnel meħtieġ f’Head Office u kif ukoll fl-Ambaxxati, fosthom:

  • Il-proċessi kollha in konnesjoni ma’ sejħiet t’applikazzjonijiet approvati fil-Capacity Building;
  • ittri ta’ ħatra;
  • il-Performance Management Programme tal-uffiċjali;
  • records aġġornati tal-uffiċjali kollha fil-Ministeru skont il-proċeduri irregolati mill-Public Service Management Code (PSMC);
  • Il-koordinazzjoni tar-Registries.
  • Servizz ta’ sapport ġenerali għall-istaff kollu.

 

Il-Unit għall-Infrastruttura u s-Sigurtà

Il-Unit għall-Infrastruttura u s-Sigurta` tifforma parti mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Sapport. Dan il-Unit huwa responsabbli għall-proġetti kapitali, xogħlijiet ta’ manutenzjoni u sigurtà għall-propjetajiet kollha tal-Ministeru, kemm dawk lokali kif ukoll barra l-pajjiż. Il-Unit huwa wkoll il-punt ta’ riferiment għall-proġetti li jaqgħu taħt Fondi Ewropej. Huwa wkoll inkarigat mill-immaniġġjar ta’ kuntratti għall-kirjiet u s-servizzi u għall-manteniment ta’ bnadar u inventarji.

FacebookTwitter