Il-Ministeru huwa responsabbli għas-setturi tat-turiżmu b’mod ħolistiku, tal-manutenzjoni u tisbieħ ta’ postijiet turistiċi, tal-edukazzjoni f’dan is-settur, tal-kummisjoni tal-films u kif ukoll tat-tindif ta’ pajjiżna. Dawn is-setturi huma lkoll importanti sabiex insaħħu t-turiżmu f’pajjiżna. Il-Ministeru jieħu taħt idejh diversi proġetti ta’ tisbieħ fosthom proġetti ta’ riġenerazzjoni. Apparti minn hekk, b’ħidma kontinwa mal-entitajiet, il-Ministeru jaspira li jkompli jgħin l-ekonomija Maltija permezz ta’ dan is-settur.